top of page
Search

Awdizzjonijiet - Irrid Ngħix

Updated: Apr 16

Ninsabu kburin immens biex inħabbru l-produzzjoni teatrali speċjali Irrid Ngħix, ispirata mill-ħajja straordinarja ta’ Annabelle Vassallo – storja ta’ kuraġġ, determinazzjoni u tama li kompliet tispira lil poplu.


L-awdizzjonijiet għal din il-produzzjoni se jsiru nhar is-16 ta’ Frar 2025, mis-1pm, fl-Aġenzija Żagħżagħ. Biex tirriserva l-awdizzjoni tiegħek, ibgħat email lil theatrebynap@gmail.com mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar. Inkludi headshot, CV artistiku, u l-irwoli li tixtieq tipprova għalihom.


Direzzjoni ta' Chiara Hyzler

Kitba ta' André Mangion

Produzzjoni ta' Nikolai Azzopardi


Parti mill-qligħ mill-bejgħ tal-biljetti ta’ din il-produzzjoni se tingħata lil Puttinu Cares.


Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.


 
 
 

Comments


bottom of page