MIN JIDĦAK L-AĦĦAR

Kull bidu għandu tmiem.
Kulħadd jaf li xi darba jrid imut. Tagħmel x’tagħmel u jiġri x’jiġri, ħajtek hija ġirja kontra l-ħin. Inevitabli. Imma b’xi mod jirnexxilna, u forsi mnalla, ngħixu f’illużjoni li aħna kapaċi ngħixu għal dejjem u nippjanaw u nfasslu ħajjitna bħalikieku l-mewt ma tilħaqna qatt.
Renata, Iris u Helena kienu qed jgħixu ħajjithom trankwili meta din l-illużjoni infaqgħet f’wiċċhom għalgħarrieda. Glioblastoma. Kanċer fil-pulmun. Kanċer fil-musrana. Il-ħin jibda’ jonqos. Jonqos ma’ kull jum li jgħaddi. It-triq lejn il-mewt hija dik li tgħaqqadhom flimkien, imma kif iħarsu lejha, hija deċiżjoni individwali li toħloq tensjoni, kunflitt, ħbiberija u mħabba.
Min Jidħak l-Aħħar…hija l-istorja ta’ dawn in-nisa li ħarsu dritt f’għajnejn il-mewt…u ddeċidew li jibqgħu jidħku sal-aħħar.
Kitba ta’ André Mangion
Direzzjoni ta’ Chiara Hyzler
Produzzjoni ta’ Nikolai Azzopardi Productions
Kast: Antonella Mifsud, Chantelle Micallef Grimaud, Marceline Galea, Moira Vassallo u Illaria Costa.
Din il-produzzjoni saret possibbli bis-saħħa tal-appoġġ ta' APS Bank, Bacchus u Polidano Press Ltd.
Dan il-proġett huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
When
& Where
18 Sep 2026, 20:00 – 21:30
19 Sep 2026, 20:00 – 21:30
20 Sep 2026, 19:00 – 20:30
25 Sep 2026, 20:00 – 21:30
26 Sep 2026, 20:00 – 21:30
27 Sep 2026, 19:00 – 20:30

EVENT
PROGRAMME
Kittieb: André Mangion
Direttriċi: Chiara Hyzler
Produttur: Nikolai Azzopardi
Atturi:
Antonella Mifsud, Chantelle Micallef Grimaud,
Marceline Galea, Moira Vassallo u Illaria Costa
Disinn tax-Xena: Mattea Fenech
Disinjatur tad-Dawl: Gianluca Bianco
Disinjatur tal-Ħoss: Mark Ciantar
Disinjatur tal-Make-up: Krista Paris
Maniġer tal-Palk: Nikolai Azzopardi
Assistent Maniġer tal-Palk: Greta Grech
Disinn Grafiku: Matthew Ben Attard
Fotografa: Elisa Von Brockdorff
Videografu: Nisġa
Din hija produzzjoni ta'
Nikolai Azzopardi Productions.